28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/50
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2017 – De Nicola vs BEI
(Kawża T-666/16 P) (1)
((“Appell - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Rapport ta’ evalwazzjoni 2013 - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-kumitat tal-appell u tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Fastidju psikoloġiku - Talba għad-danni”))
(2017/C 283/77)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, De Nicola vs BEI (F-100/15, EU:F:2016:167), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 410, 07.11.2016.