28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/50
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2017 – De Nicola vs BEI
(Kawża T-669/16 P) (1)
((“Appell - Persunal tal-BEI - Assigurazzjoni għall-mard - Rifjut ta’ rimbors ta’ spejjeż mediċi - Terapija bil-laser - Rikors għal annullament jew għal kumpens”))
(2017/C 283/78)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. DaI Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, De Nicola vs BEI (F-82/15, EU:F:2016:166), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 410, 7.11.2016.