7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Elevolution – Engenharia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-691/16) (1)
((“FEŻ - Programm ta’ appoġġ għall-iżvilupp fil-Mawritanja - Kuntratt ta’ impriża konkluż mal-Mawritanja fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ dan il-programm - Irtirar ta’ noti ta’ debitu kkontestati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 256/34)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Elevolution – Engenharia SA (Amadora, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Pinto Cardoso u L. Fuzeta da Ponte, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u M. França, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-“deċiżjonijiet” li jinkludu l-ittra u tliet noti ta’ debitu tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2016 dwar ir-rimbors ta’ diversi ammonti fir-rigward ta’ kuntratt ta’ impriża bejn ir-rikorrenti u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Elevolution – Engenharia, SA.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.