4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/33
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Pfizer u Pfizer santé familiale vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-716/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Maqgħuda - Subintestaturi tariffarji - Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))
(2017/C 293/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, ir-Renju Unit) u Pfizer Santé familiale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Catrain González, avukat, u E. Wright, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u K. Skelly, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140, tat-8 ta’ Lulju 2016, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2016, L 189, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Pfizer Ltd u Pfizer Santé familiale huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 462, 12.12.2016.