20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinWärme)
(Kawża T-719/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea berlinWärme - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2017/C 392/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Berliner Stadtwerke GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Lulju 2016 (Każ R 618/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali berlinWärme bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Berliner Stadtwerke GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 411, 28.11.2016.