11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/37
Digriet tal–Qorti Ġenerali tas–17 ta’ Ottubru 2017 – Andreassons Åkeri et vs Il–Kummissjoni
(Kawża T-746/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Sigurtà soċjali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura EU Pilot - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fuq ilment - Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta’ effett dirett - Inammissibbiltà manifesta - Talba intiża għall-ħruġ ta’ ordni - Nuqqas manifest ta’ kompetenza”))
(2017/C 424/53)
Lingwa tal-kawża: l–Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Andreassons Åkeri i Veddige AB (Veddige, l–Isvezja), Luke Transport AB (Laholm, l–Isvezja), Zimit Transportförmedling AB (Veddige) (rappreżentant: C. von Quitzow, professur)
Konvenuta: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u K. Simonsson, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2016 dwar l-eżitu tal-proċedura EU Pilot 7504/15/EMPL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Andreassons Åkeri i Veddige AB, Luke Transport AB u Zimit Transportförmedling AB huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.