14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2018 – Kik Textilien und Non-Food vs EUIPO – FF Group Romania (_kix)
(Kawża T-822/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea _kix - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tilwima li titlef l-iskop tagħha - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 173(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura - Intervent mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell - Risposta ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu”))
(2018/C 166/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: KiK Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Körber u L. Pechan, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FF Group Romania SRL (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: A. Cavescu, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2323/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn KiK Textilien und Non-Food u FF Group Romania.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ KiK Textilien und Non-Food GmbH.
3)
FF Group Romania għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy