6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/33
Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2016 – Casanovas Bernad vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-826/16 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Xoljiment ta’ kuntratt għal żmien indeterminat - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 038/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luis Javier Casasnovas Bernad (Santo Domingo, ir-Repubblika Dominicana) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Settembru 2016, li xxolji l-kuntratt tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.