8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – Karp vs Il-Parlament
(Kawża T-833/16) (1)
((“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifikazzjoni - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Ilment prematur - Irregolarita tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà”))
(2018/C 005/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kevin Karp (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lambers u R. Ben Ammar, avocats)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Í. Ní Riagáin Düro u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament li jikklassifikaw lir-rikorrent fil-grupp ta’ funzonijiet I, grad 1, fil-kuntest tal-kuntratt ta’ assistent Parlamentari akkreditat konkluż fil-25 ta’ Frar 2015, u fil-gurpp ta’ funzjonijiet II, grad 4, skala 1, fil-kuntest tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt konkluż fit-12 ta’ Mejju 2016, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti b’konsegwenza ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet.
Dispożittiv
1)
It-talba għall-proċedura mħaffa hija miċħuda bħala manifestament inammissibbli.
2)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
Kevin Karp huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 46, 13.2.2017.