18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – QC vs Il-Kunsill Ewropew
(Kawża T-834/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 - Stqarrija għall-istampa - Kunċett ta’ ‘ftehim internazzjonali’ - Identifikazzjoni tal-awtur tal-att - Portata tal-att - Sessjoni tal-Kunsill Ewropew - Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ kompetenza”))
(2019/C 65/42)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: QC (rappreżentant: C. Ladis, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: S. Boelaert, M.-M. Joséphidès u J.-P. Hix, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ ftehim allegatament konkluż bejn il-Kunsill Ewropew u r-Repubblika tat-Turkija fit-18 ta’ Marzu 2016 u intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE intiża li tikkonstata li l-Kunsill Ewropew allegatament naqas milli jieħu miżuri.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
QC u l-Kunsill Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy