27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Alex vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-841/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Finanzjament ta’ proġett ta’ żvilupp urban - Ilment - Proċedura ta’ eżami preliminari - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Rikors li jqiegħed inkwistjoni l-fondatezza tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))
(2017/C 402/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alex SCI (Bayonne, Franza) (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment dwar għajnuna mill-Istat allegatament illegali mogħtija mir-Repubblika Franċiża lill-Communauté d’agglomération Côte Basque-Adour għall-proġett Technocité (SA.44409).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Franċiża.
3)
Alex SCI għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess relatati mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 30, 30.1.2017.