12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Techniplan vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-853/16) (1)
((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Rikors għad-danni - Nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti formali - Talba għal ordni - Inammissibbiltà manifesta - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”))
(2018/C 052/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Techniplan Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Bonavita, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu, aġent)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, b’mod illegali, naqset milli tieħu azzjoni fir-rigward tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi impost l-obbligu li tittieħed azzjoni previst fl-Artikolu 266 TFUE u sabiex titħallas somma bħala kumpens għad-dannu mġarrab “għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Techniplan Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.