15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/53
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Miserini Johansson vs BEI
(Kawża T-870/16) (1)
(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Assenza fit-tul u ripetuta minħabba mard jew inċident li ma humiex marbuta max-xogħol - Remunerazzjoni mnaqqsa wara assenza’ tnax-il xahar - Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI - Proċedura ta’ rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda”)
(2019/C 139/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Virna Miserini Johansson (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Senes, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, G. Faedo u K. Carr, aġenti, assistiti minn J. Currall u B. Wägenbaur, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, prinċipalment, għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-BEI tal-25 ta’ Jannar 2016 u għar-riżarċiment ta’ danni materjali u morali marbuta ma’ din id-deċiżjoni u, sussidjarjament, sempliċiment għar-riżarċiment ta’ danni materjali u morali mitluba b’mod prinċipali kif ukoll għar-rimbors tal-ispejjeż marbuta ma’ problemi ta’ saħħa żviluppati minħabba l-istress qawwi li soffriet minnu r-rikorrenti u li ma ġews irrimborsati mill-iskema tal-assigurazzjoni tal-mard tal-BEI.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Virna Miserini Johansson hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 20.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy