31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Verschuur vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-877/16) (1)
([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument li jirrigwarda l-proċedura amministrattiva dwar l-għajnuna SA.38374 (2014/C ex 2014/NN) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi favur Starbucks - Rifjut ta’ aċċess - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2017/C 249/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Steven Verschuur (Baarn, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Kreijger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, A. Buchet u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 6455 final, tat-3 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għad-dokumenti tar-rikorrent skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Steven Verschuur huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.