29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – Nf Nails In Vogue vs EUIPO – Nails & Beauty Factory (NAILS FACTORY)
(Kawża T-886/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 032/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nf Nails In Vogue, SL (Arganda del Rey, Spanja) (rappreżentanti: L. Jáudenes Sánchez, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u E. Scheffer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Nails & Beauty Factory GmbH, li kienet Nails & Beauty Vertriebs GmbH (Kiel, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 202/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NF Nails In Vogue u Nails & Beauty Vertriebs.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Nf Nails In Vogue, SL.
(1) ĠU C 63, 27.2.2017.