18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-891/16) (1)
((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Għajnuna mill-Istat - Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Istrett ta’ Fehmarn - Għajnuna individwali - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Inammissibbiltà”))
(2019/C 65/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Kopenħagen, id-Danimarka) u Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u S. Noë, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning, sussegwentement J. Nymann-Lindegren, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tieħu pożizzjoni fuq miżuri ta’ għajnuna relatati mal-finanzjament tal-ippjanar, tal-kostruzzjoni u tal-operat tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Istrett ta’ Fehmarn.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 63, 27.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy