Kawża T-901/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Elche Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali — Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”)
C2402018MT4310120180515MT0048431431
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Elche Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-901/16 R)
“(“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali — Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”)”2018/C 240/48Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Elche Club de Fútbol, SAD (Elche, Spanja) (rappreżentanti: M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja ((rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol SAD, Hércules Club de Fútbol SAD u Elche Club de Fútbol SAD (ĠU 2017, L 55, p. 12).
Dispożittiv
1)
L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol SAD, Hércules Club de Fútbol SAD u Elche Club de Fútbol SAD (ĠU 2017, L 55, p. 12), f’dak li jirrigwarda l-irkupru tal-għajnuna mingħand Elche Club de Fútbol, identifikata bħala miżura 3 fl-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, hija sospiża.
2)
Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.
3)
Id-digriet tas-6 ta’ Marzu 2017, Elche Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (T-901/16 R), huwa rrevokat.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy