5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2017 – HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-902/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni - Suq tas-siment griż fil-Kroazja - Deċiżjoni sabiex tinbeda l-fażi ta’ eżami fil-fond skont l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”))
(2018/C 042/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: HeidelbergCement AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Denzel, C. von Köckritz, P. Pichler u H. Weiß, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, H. Leupold u T. Vecchi, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2016) 6591 finali, tal-10 ta’ Ottubru 2016, sabiex tinbeda l-fażi ta’ eżami fil-fond skont l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, intiżi sabiex tiġi vverifikata l-kompatibbiltà mas-suq intern tal-akkwist tal-kontroll ta’ Cemex Hungária Épitöanyagok Kft. u Cemex Hrvatska d.d. minn HeidelbergCement u Schwenk Zement bl-intervent ta’ Duna-Dráva Cement Kft.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
HeidelbergCement AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.