29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/33
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – K&K Group vs UASI – Pret a Manger (Europe) (Pret A Diner)
(Kawża T-2/16)
(2016/C 078/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: K&K Group AG (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pret a Manger (Europe) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Pret A Diner” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 113 460
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 2825/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 8(5), 15(1), 42(2) u 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy