29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/34
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – Allstate Insurance vs UASI (DRIVEWISE)
(Kawża T-3/16)
(2016/C 078/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Allstate Insurance Company (Northfield, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Würtenberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “DRIVEWISE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 455 019
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ R 956/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tat-8 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ R 956/2015-2 dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 013 455 019 “DRIVEWISE”;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy