2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/49
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2016 – Rabbit vs EUIPO – DMG Media (rabbit)
(Kawża T-4/16)
(2016/C 156/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rabbit, Inc. (Redwood City, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Engelman, Barrister, J. Stephenson, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DMG Media Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “rabbit” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 701 869
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 2133/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi billi ddikjara li, meta jsir paragun tal-prodotti/servizzi rispettivi tal-applikazzjoni għal trade mark tal-UE u tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-UE tal-konvenuta, il-paragun għandu jieħu inkunsiderazzjoni biss il-prodotti u s-servizzi kif imsemmija fil-listi u mhux fid-dawl tal-użu effettiv tat-trade marks;
—
Il-Bord tal-Appell ma immotivax in-nuqqas tiegħu ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi konkreti tal-użu;
—
Il-Bord tal-Appell naqas milli jieħu debitament inkunsiderazzjoni l-karattru deskrittiv tat-trade mark “rabbit”.
Full & Egal Universal Law Academy