4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/33
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – Gregis vs EUIPO – DM9 Automobili (ATS)
(Kawża T-5/16)
(2016/C 243/36)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Gian Luca Gregis (Adeje, Spanja) (rappreżentant: M. Bartolucci, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DM9 Automobili Srl (Borgomanero, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “ATS” – Trade mark Komunitarja Nru 9 799 719
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti dwar ir-reġistrazzjoni ta’ trasferiment
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ R 588/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkanċella t-trasferiment T8391925, tal-14 ta’ April 2014.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regola 31 tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tar-Regola 84(3)(b) tar-Regolament Nru 2868/95.