14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/51
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2016 – Awg Allgemeine Warenvertriebs vs UASI – Takko (Southern Territory 23o48’25"S)
(Kawża T-6/16)
(2016/C 098/66)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Awg Allgemeine Warenvertriebs GmbH (Köngen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Sambuc, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Southern Territory 23o48’25"S” – Trade mark Komunitarja Nru 10 099 554
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 735/2015-4
Talbiet
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 10 099 554 “Southern Territory 23o48’25"S”;
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy