7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/22
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2016 – La tarte tropézienne vs UASI (LA TARTE TROPÉZIENNE 1955. SAINT-TROPEZ)
(Kawża T-7/16)
(2016/C 090/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: La tarte tropézienne (Cogolin, Franza) (rappreżentant: T. Cuche, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “LA TARTE TROPÉZIENNE 1955. SAINT-TROPEZ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 212 405
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26/10/2015 fil-Każ R 720/2015-4
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tikkonstata li l-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 212 405 hija valida biex tindika l-prodotti segwenti: “Dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; zokkor; għasel; għasel iswed; ħmira; trab tal-ħami; ħwawar; għaġina għall-kejkijiet; kejkijiet; kejkijiet iffriżati; kreps”;
—
konsegwentement, tannulla parzjalment id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ottubru 2015 sa fejn din irrifjutat il-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 212 405 għall-prodotti segwenti “Dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; zokkor; għasel; għasel iswed; ħmira; trab tal-ħami; ħwawar; għaġina għall-kejkijiet; kejkijiet; kejkijiet iffriżati; kreps”;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;
Full & Egal Universal Law Academy