14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/53
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2016 – Skechers USA France vs UASI (IM Production (Żraben))
(Kawża T-9/16)
(2016/C 098/68)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Skechers USA France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Horn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IM Production SAS (Paris)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 1 221 584-0023
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2429/2013-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motivi invokati
—
Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipji ta’ smigħ xieraq;
—
Ksur tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy