29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/28
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2016 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-10/16)
(2016/C 111/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u C. Mayer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tarr-rikorrenti
—
tiddikjara d-deċiżjonijiet ikkontestati bħala nulli; u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tinvoka l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta:
tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Ref. Ares (2015) 5513293) dwar ta’ Ftehim ta’ Għotja u ittra tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Ref. Ares (2015) 5513293) dwar Ftehim ta’ Għotja FP6 dwar id-deċiżjoni tal-konvenuta li tirkupra sussegentement għall-verifika (RAIA000024) tal-Ftehim għall-Għotja FP7 magħluqa u l-verifika (RAIA000027) ta’ kuntratti FP6;
skont in-nota ta’ debitu Nru 3241514917 (Ref. Ares (2015) 5513293) li tordna lir-rikorrenti tħallas total ta’ EUR 1 770 417,29 sal-15 ta’ Jannar 2016 fil-kont tal-bank tal-konvenuta; u
skont l-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2015 (Ref. Ares (2015)5894346, Ref. Ares (2015)5898040, Ref. Ares (2015)5899627), tal-21 ta’ Diċembru 2015 (BUDG/DGA/C4/DB – 025798.4) u tal-14 ta’ Jannar 2016 (BUDG/DGA/C4/DB – 025798.1) sabiex ipaċu kull pagament rispettiv mad-debitu assunt mir-rikorrenti li jirriżulta min-nota ta’ debitu Nru 3241514917 (Ref. Ares (2015) 5513293).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma illegali peress li l-ispejjeż invokati jissodisfaw il-kriterju ta’ eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu II.14.1 tal-Ftehim ta’ Għotja.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet kkontestati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali u proċedurali applikabbli u huma vvizzjati minn ksur tal-prinċipji ta’ governanza tajba.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati minn ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-impożizzjoni ta’ danni likwidati fid-deċiżjonijiet ikkontestati huma illegali wkoll peress ma saru l-ebda kontribuzzjonijiet finanzjarji indebiti mir-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy