7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/23
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2016 – Gauff vs UASI –H.P. Gauff Ingenieure (GAUFF)
(Kawża T-13/16)
(2016/C 090/31)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Molnar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Gauff” – Trade mark Komunitarja Nru 6 327 977
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 549/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
sussidjarjament, tibgħat il-każ lura quddiem l-UASI għal eżami ulterjuri tal-elementi inkwistjoni li, b’mod żbaljat, ma ġewx eżaminati,
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell quddiem l-UASI.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 53, 56, 57 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 u ksur tar-Regolament Nru 2868/95 kif ukoll ksur tad-dritt għal smigħ u nuqqas ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy