7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/25
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2016 – Pandalis vs UASI – LR Health & Beauty Systems (Cystus)
(Kawża T-15/16)
(2016/C 090/33)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Georgios Pandalis (Glandorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Franke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Cystus” – Trade mark Komunitarja Nru 1 273 119
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 2839/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tirrigwarda l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 8374 C u t-trade mark Komunitarja Nru 1 273 119 “Cystus”;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 64(1) flimkien mal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Użu ħażin ta’ poter;
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy