7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/25
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2016 – Mast-Jägermeister vs UASI (Becher)
(Kawża T-16/16)
(2016/C 090/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mast-Jägermeister SE (Wolfenbüttel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus, J. Engberding, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Disinn ikkontestat ikkonċernat: id-disinn Komunitarju “Becher” – Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni Nri 2683615-0001 u 2683615-0002
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Novembru 2015, fil-Każ R 1842/2015-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirrikonoxxi s-17 ta’ April 2015 bħala data ta’ preżentazzjoni għad-disinni Nri 002683615-0001 u 002683615-0002;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ appell;
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 45(1) u tal-Artikolu 46(2) u (3) tar-Regolament Nru 6/2002, flimkien mal-Artikolu 36(1)(ċ) u mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy