14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/55
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – Advanced Drainage Systems vs UASI (THE MOST ADVANCED NAME IN WATER MANAGEMENT SOLUTIONS)
(Kawża T-19/16)
(2016/C 098/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Advanced Drainage Systems, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Sleep, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “THE MOST ADVANCED NAME IN WATER MANAGEMENT SOLUTIONS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 405 188
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Novembru 2015, fil-Każ R 1501/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tippermetti li titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni;
—
sussidjarjament, tilqa’ r-rikors u tannulla d-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll tibgħat lura l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem id-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy