14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/55
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2016 – Karl Conzelmann vs UASI (LIKE IT)
(Kawża T-21/16)
(2016/C 098/71)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Karl Conzelmann GmbH & Co. KG (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “LIKE IT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 180 104
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 223/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell quddiem l-UASI.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy