29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/29
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata)
(Kawża T-23/16)
(2016/C 111/34)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ilona Biernacka-Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Formata Bogusław Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Formata” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 529 427
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 102/2015-2
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Nru 011529427 “Formata”;
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Nru 011529427 “Formata”;
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy