21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/39
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Haw Par vs UASI – Cosmowell (GelenkGold)
(Kawża T-25/16)
(2016/C 106/45)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Haw Par Corp. Ltd (il-Belt ta’ Singapore, Singapore) (rappreżentanti: R. Härer, C. Schultze, J. Ossing, C. Weber, H. Ranzinger, C. Gehweiler, C. Brockmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cosmowell GmbH (Sankt Johann in Tirol, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “GelenkGold” – Trade mark Komunitarja Nru 9 957 978
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 1907/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI kif ukoll lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy