21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/39
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Caffè Nero Group vs UASI (CAFFÈ NERO)
(Kawża T-29/16)
(2016/C 106/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Caffè Nero Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Cassidy, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CAFFÈ NERO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 238 019
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 410/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha Nru 13 238 019;
—
tiċħad ir-raġunijiet għal rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja abbażi tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) u tal-Artikolu 7(2);
—
tawtorizza l-ammissjoni u l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura odjerna.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy