21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/41
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – adp Gauselmann vs UASI (Juwel)
(Kawża T-31/16)
(2016/C 106/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Juwel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 426 888
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 2571/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
La l-Artikolu 7(1)(b) u lanqas l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 ma huma applikabbli.
Full & Egal Universal Law Academy