29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/32
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Enercon vs EUIPO – Gamesa Eólica (Shades of green)
(Kawża T-36/16)
(2016/C 111/37)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Overhage, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gamesa Eólica, SL (Sarriguren, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark ta’ kulur tal-Unjoni Ewropea komposta minn diversi lwien ta’ aħdar. Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 2 346 542.
Proċedimenti quddiem EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 597/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
Full & Egal Universal Law Academy