4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/34
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2016 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-38/16)
(2016/C 118/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2015 bir-referenza Ares (2015) 5212500 li tikkonferma d-deċiżjoni tagħha tal-14 ta’ Settembru 2015 bir-referenza Ares (2015) 3790389 fejn il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni supplimentari fuq talba għal informazzjoni tat-3 ta’ Frar 2015, ippreżentata minn EEB; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegat żball manifest rigward id-determinazzjoni tas-suġġett tar-rikors inizjali u, konsegwentement, il-ksur tal-obbligu tal-Kummissjoni sabiex teżamina l-imsemmi rikors b’mod komplet u l-ksur tal-Artikoli 6(2), 7 u 8 tar-Regolament 1049/2001.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur allegat tad-dmir li jingħataw raġunijiet.
Full & Egal Universal Law Academy