21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/43
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Fink (NANA FINK)
(Kawża T-39/16)
(2016/C 106/51)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nadine Fink (Basel, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “NANA FINK” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru IR 1 111 651 li tindika lill-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 679/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata rigward il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 2 125 543 (applikazzjoni għal trade mark internazzjonali Nru IR 1 111 651);
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy