4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/34
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2016 – Cyprus Turkish Chamber of Industry et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-41/16)
(2016/C 118/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cyprus Turkish Chamber of Industry (Nikosija, Ċipru), Animal Breeders Association (Nikosija), Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative Ltd. (Nikosija), Süt Urünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association (Nikosija) u Fatma Garanti (Güzelyurt, Ċipru) (rappreżentanti: B. O’Connor, Solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2015)5171539 tat-18 ta’ Novembru 2015 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2016)220922 tal-15 ta’ Jannar 2016 fir-rigward tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni relatati mal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ “ΧΑΛΛΟΥΜΙ” (HALLOUMI)/“HELLIM” (ΠΟΠ) (CY-PDO-0005-01243);
—
tiddikjara l-illegalità tal-Artikoli 49, 50, 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u l-inapplikabbiltà ta’ dawn l-artikoli fil-każ inkwistjoni, sa fejn dawn ma jipprevedux sistema li tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-Kummissjoni huma illegali sa fejn dawn jeskludu lir-rikorrenti mill-proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ Halloumi/Hellim bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta fl-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-Kummissjoni huma illegali sa fejn dawn jiksru l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikoli 49, 50, 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) huma illegali u għandhom jiġu ddikjarati inapplikabbli sa fejn dawn ma jipprevedux sistema li tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti.
(1) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy