29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/32
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Novartis vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ garża)
(Kawża T-44/16)
(2016/C 111/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SK Chemicals GmbH (Eschborn, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-UE (Rappreżentazzjoni ta’ garża) – Trade mark tal-UE Nru 11 293 362
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27/11/2015 fil-Każ R 2342/2014-5
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-prinċipju ta’ proċess imparzjali mill-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Full & Egal Universal Law Academy