29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/33
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 – Alfonso Egüed vs EUIPO – Jackson Family Farms (BYRON)
(Kawża T-45/16)
(2016/C 111/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Alfonso Egüed (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jackson Family Farms LLC (Santa Rosa, L-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata: trade mark figurattiva tal-UE li tinkludi l-element verbali “BYRON” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 581 619
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni/proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 822/2015-2
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-UE Nruo10 581 619, “BYRON”, għall-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-klassijiet 18, 25 u 33 (peress li din l-aħħar klassi kienet dik ikkontestata f’din il-kawża) u
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nruo207/2009 għal dak li jirrigwarda l-azzjoni kontra l-vjolazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy