4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/35
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2016 – Chanel vs EUIPO – Li Jing Zhou u Golden Rose 999 (Rappreżentazzjoni ta’ ornament)
(Kawża T-57/16)
(2016/C 118/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Chanel SAS (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: C. Sueiras Villalobos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Li Jing Zhou (Fuenlabrada, Spanja) u Golden Rose 999 Srl (Ruma, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju rappreżentazzjoni ta’ ornament – Disinn Komunitarju Nru 1 689 027-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 2346/2014-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara l-invalidità tad-disinn ikkontestat;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti li tista tintervjeni f’dawn il-proċedimenti insostenn tad-deċiżjoni kkontestata għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy