29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/37
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċemru 2015 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-55/13, De Nicola vs BEI
(Kawża T-60/16 P)
(2016/C 111/45)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet tal-appellant
—
tilqa’ dan l-appell u, parzjalment tirriforma s-sentenza appellata, tannulla l-punti 2 u 3 tad-dispożittiv, kif ukoll il-paragrafi 59 sa 64 tas-sentenza nnifisha;
—
konsegwentement, tannulla l-linji gwida stabbiliti għas-sena 2011 jew tiddikjara li ma għadhomx applikabbli; tikkundanna lill-BEI sabiex jukkumpensa lil C. De Nicola għad-danni subiti, kif mitlub fir-rikors promotur jew, sussidjarjament, tirreferi l-każ lil Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex, b’kompożizzjoni differenti, tkun tista’ tagħti deċiżjoni ġdida dwar il-paragrafi annullati;
—
tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment ibati l-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
—
Dan l-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-55/13).
—
L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-55/16 P De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment.
Full & Egal Universal Law Academy