29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/39
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – Michal Wieromiejczyk vs EUIPO (Tasty Puff)
(Kawża T-64/16)
(2016/C 111/47)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Michał Wieromiejczyk (Pabianice, il-Polonja) (rappreżentanti: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Tasty Puff” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 072 061
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 3058/2014-5
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors bħala fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tordna lill-EUIPO li jagħti d-dritt għal Trade mark Nru 13072061 “Tasty Puff”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy