29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/39
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – fleur ami vs EUIPO – 8 Seasons Design (Lampi)
(Kawża T-67/16)
(2016/C 111/48)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: fleur ami GmbH (Willich, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Potthoff, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 8 Seasons Design GmbH (Eschweiler, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrenti
Disinn ikkontestat ikkonċernat: id-disinn Komunitarju “Lampi” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2 252 213-0002
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 2164/2014-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, torganizza seduta;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy