29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/40
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – Deichmann vs EUIPO – Munich (Rappreżentazzjoni ta’ salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport)
(Kawża T-68/16)
(2016/C 111/49)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deichmann, SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Munich, SL (Capellades, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 923 852
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Diċembru 2015, fil-Każ R 2345/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy