29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/41
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża F-104/13, De Nicola vs BEI
(Kawża T-70/16 P)
(2016/C 111/50)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet:
—
tilqa’ dan l-appell u, permezz ta’ riforma parzjali tas-sentenza appellata, tannulla l-paragrafu 2 tad-dispożittiv kif ukoll il-punti 13-17, 57-60 u 62-68 tas-sentenza nnifisha;
—
konsegwentement, tikkonstata l-mobbing ikkawżat mill-BEI għad-dannu ta’ C. De Nicola, u tikkundanna lill-BEI sabiex tikkumpensa d-danni subiti jew, sussidjarjament, tirrinvijja l-kawża quddiem awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament ippresedut, bil-għan li mill-ġdid tingħata deċiżjoni fuq il-punti annullati. Suġġett għall-produzzjoni tal-perizzja medika mitluba.
—
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell ġie ppreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku), tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-104/13).
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq in-natura kuntrattwali tar-relazzjoni bejn ir-rikorrent u l-BEI.
—
F’dan ir-rigward l-appellant talab il-kumpens għad-danni minħabba r-responsabbiltà kuntrattwali tal-appellat, u mhux minħabba r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq it-talba għall-konstatazzjoni tal-mobbing.
—
F’dan ir-rigward b’mod partikolari, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma setax joqgħod lura mill-obbligu ta’ konstatazzjoni ta’ lment ta’ mobbing, u li, b’mod għal kollox illeġittimu ddikjara inammissibbli t-talbiet intiżi għall-konstatazzjoni tal-istess mobbing. Il-konstatazzjoni u l-kwalifika ġuridika tal-fatti jkunu, barra minn hekk, prius indispensabbli biex ikunu jista’ jingħata kumpens għad-danni invokati.
3.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq it-talba għall-kundanna għal kumpens għad-danni minħabba mobbing.
—
F’dan ir-rigward il-kundizzjonijiet huma hawnhekk issodisfatti sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata l-fatti u tirrikonoxxi d-dritt għal kumpens għad-danni subiti.
Full & Egal Universal Law Academy