4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/37
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – BBY Solutions vs EUIPO – Worldwide Sales Corporation España (BEST BUY mobile)
(Kawża T-72/16)
(2016/C 118/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BBY Solutions, Inc. (Minneapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Worldwide Sales Corporation España, SL (Sant Vicenç dels Horts, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “BEST BUY mobile” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 213 424
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 53/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-6 ta’ Novembru 2014 fl-Oppożizzjoni Nru B 1485 137;
—
taċċetta r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 007213424;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-elementi dominanti u distintivi tat-trade marks;
—
Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-impressjoni ġenerali mogħtija mit-trade marks;
—
Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-identità tas-servizzi koperti mit-trade marks; u
—
Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi kkonkluda b’mod żbaljat li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti tal-parti li qed topponi u dik tar-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy