4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/38
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-37/12, De Nicola vs BEI
(Kawża T-73/16 P)
(2016/C 118/44)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan l-appell u, permezz ta’ bidla parzjali tas-sentenza appellata, tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv kif ukoll il-punti 59-61, 63-69 u 71 tas-sentenza stess;
—
konsegwentement, tikkonstata l-fastidju implementat mill-BEI għad-dannu ta’ C. De Nicola, u tikkundanna lill-BEI għall-kumpens għad-dannu sostnut minn C. De Nicola jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex, b’kulleġġ ġudikanti ġdid, tagħti deċiżjoni mill-ġdid dwar il-punti annullati. Dan wara t-twettiq tal-perizja medika mitluba;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef Uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-37/12).
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-70/16 P, De Nicola vs BEI.
Full & Egal Universal Law Academy