4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/40
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2016 – Satour vs Il-Parlament
(Kawża T-78/16)
(2016/C 118/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sartour (Beveren, il-Belġju) (rappreżentant: M. Cherchi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat.
Konsegwentement:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, li tinsab fl-ittra tat-18 ta’ Diċembru 2015, li biha dan informa lir-rikorrenti biċ-ċaħda tal-offerta li din kienet ippreżentat fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti Nru 06B40/2015/M073, għall-konċessjoni ta’ ikel mediterranju fil-bini Altiero Spinelli okkupat mill-Parlament Ewropew fi Brussell;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, li d-data tagħha ma hijiex magħrufa, li tagħti l-konċessjoni ta’ ikel mediterranju fil-bini Altiero Spinelli;
—
f’kull każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju li jirregola l-kriterji ta’ għażla kwalitattiva tal-limiti minimi li għandhom jiġu pprovduti mill-fornituri fuq il-livell tad-dħul mill-bejgħ tagħhom, tal-prinċipju ta’ tqegħid f’kompetizzjoni u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-kandidati.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza u tal-ftuh tal-kuntratti pubbliċi, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq it-trattament ugwali tal-kandidati u fuq l-osservanza tal-kompetizzjoni ħielsa bejn il-kandidati.
Full & Egal Universal Law Academy